Helen & Joseph - L-imħabba

Maltesisch

L-imħabba

Fittixt għorrief, filosfi u poeti
Biex mistoqsija lilhom saqsejt:
“X’inhi l-imħabba kbira taż-żgħażagħ?”
Din it-tweġiba f’qalbi ħassejt
 
L-imħabba hi bacio, beso, Küsse
Ħaġa li ‘l qalbek tmiss u li jsejhulha “kiss”
L-imħabba hi bewsa ħelwa zokkor
Li jimbuttawha x-xofftejn waqt li jingħalqu l-għajnejn
 
U waqt li l-qalb ittambar bil-ħerqa
U tħoss il-vini jikwu bin-nar
Sew jekk tingħata ċar jew bis-serqa
Fin-nofs tal-lejla, fl-eqqel tan-nhar
 
Mort sibt il-freaks, Hell’s Angels u l-hippies
U l-mistoqsija lilhom tennejt
L-istess tweġiba dejjem ħadt minnhom
U mbagħad fi kliem dawn kollha jien ġejt:
 
L-imħabba hi bacio, beso, Küsse
Ħaż li ‘l qalbek tmiss u li jsejhulha “kiss”
L-imħabba hi bewsa helwa zokkor
Li jimbuttawha x-xottejn waqt li jingħalqu l-għajnejn
 
U waqt li l-qalb ittambar bil-herqa
U thoss il-vini jikwu bin-nar
Sew jekk tingħata ċar jew bis-serqa
Fin-nofs tal-lejla, fl-eqqel tan-nhar
 
L-imħabba hi bacio, beso, Küsse
Ħaż li ‘l qalbek tmiss u li jsejhulha “kiss”
L-imħabba hi bewsa helwa zokkor
Li jimbuttawha x-xottejn waqt li jingħalqu l-għajnejn
 
Kemm it-Taljani u kemm l-Ispanjoli
L-Ġermaniżi, Ingliżi u Maltin
Staqsejthom kollha x’jifmhu bl-imħabba
U it-tweġiba tagħhom hi din:
 
L-imħabba hi bacio, bewsa, u kiss
 
Von mk87 am Mi, 14/02/2018 - 09:31 eingetragen
Danke!1 Mal gedankt

 

Collections with "L-imħabba"
Kommentare