Russland führt einen schändlichen Krieg gegen die Ukraine.     Stehen Sie an der Seite der Ukraine!
  • The Travellers

    Żiffa Ta’ riħ • Iljuni fis-Silġ

Teilen
Schriftgröße
Originaltext

Żiffa Ta’ riħ Liedtext

Rajna d-dinja kollha, jien u int
Ix-xemx tielgħa minn tarf it-tmiem
Irdum għoli ma jispiċċa qatt
Minn tarf id-dinja, minn qalb is-sħab.
 
’Il bogħod mix-xkiel, qalb in-natura
Fjuri, siġar, xemx u ħdura
Għajnejk ileqqu mimlija dmugħ,
Agħfasli jdejja biex nieħu r-ruħ.
 
F’dan il-ġmiel, nilbsu libsa li tgħaqqadna flimkien
Dan is-skiet, żiffa ta’ riħ,
U dan il-waqt, ’il bogħod minn kollox u minn kulħadd
Qalb is-sħab, żiffa ta’ riħ, żiffa ta’...
 
Għajnejna ltaqgħu f’nofs ta’ triq
Indunajna li konna fin-nofs flimkien
’Il bogħod mit-timbru ta’ xi kultura
Ħaġa waħda man-natura
 
Skiet perfett, xejn ma kien għadu hekk
B’mod dirett u f’kull suġġett,
Il-fantażija u l-illużjoni
L-inkwiet mhuwiex is-soluzzjoni.
 

 

Übersetzungen von „Żiffa Ta’ riħ“
Kommentare